Home / News / Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: Jitħabbru d-dati u l-powster uffiċjali Back to News Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: Jitħabbru d-dati u l-powster uffiċjali Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 26th January, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar id-dati tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, magħruf ukoll bħala Kampus Kotba, li dis-sena se jsir bejn l-Erbgħa 20 u l-Ġimgħa 22 ta’ Marzu fil-Kwadranglu tal-Università ta’ Malta. Lill-ħabbieba kollha tal-kotba! Il-powster uffiċjali tal-edizzjoni ta’ dis-sena sar mid-disinjatriċi grafika Sarah Cachia Falzon. Segwi dahar il-kotba biex tikseb informazzjoni ewlenija dwar dan l-avveniment! Titilfux iċ-ċans li żżuru Kampus Kotba, li jsir b’ħidma kollaborattiva bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, għaqdiet studenteski u dipartimenti universitarji. Se ssibu dak li tistennew minn festival tal-kotba: l-aqwa pubblikaturi lokali taħt saqaf wieħed, kotba ġodda ta’ ġeneri differenti, u programm ta’ attivitajiet intriganti. Ħallu l-eċitament tal-letteratura jterraqkom tul dawn it-tlitt ijiem! Il-ħinijiet tal-ftuħ huma l-Erbgħa u l-Ħamis bejn id-9am u l-4pm, u l-Ġimgħa bejn id-9am u s-7pm. Ibqgħu segwu dil-paġna għall-programm tal-attivitajiet! Għal aktar dettalji żuru www.ktieb.stagingcloud2.co jew il-paġna ta’ Facebook tal-KNK jew il-paġna ta’ Facebook ta’ Kampus Kotba 2024. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More